Il-Fgura ssir parrocca fl-1965

Il-Knisja Parrokjali
Il-Knisja Parrokjali fi Triq Hompesch

Ghalkemm il-patrijiet Karmelitani kienu ilhom jaqdu pastoralment lill-poplu sa mis-sena 1945, huma kienu ghadhom jiddependu jew ahjar jaghmlu parti minn parrocci vicin u ghalhekk ma kellhomx certi drirttijiet u obbligi li kull parrocca jkollha.
Kien fis-sena 1965 meta beda jinhass il-bzonn li l-Fgura issir parrocca indipendenti minn ohrajn. Ghalhekk il-patrijiet Karmelitani flimkienmal-Kumitat Civiku ghamlu diversi talbiet lill-Arcisqof Mikiel Gonzi biex dan iwaqqaf il-parrocca tal-Fgura.


Wara hafna tahbit nhar il-21 ta`Jannar 1965, l-Arcisqof laqa` t-talba tal-Patrijiet u l-poplu u ordna li l-Knisja tal-Fgura ssir parrocca bil-limiti mehuda minn Haz-Zabbar, Hal-Tarxien u Rahal Gdid.
Id-digriet tal-twaqqif tal-Parrocca hareg fil-25 ta`Jannar 1965 mill-Palazz ta` l-Arcisqof, il-Belt u gie moqri fil-knejjes kollha ta`Malta. F`dan id-digriet intqal li l-Parrocca ghandha tibda tiffunzjona mill-1 ta` Frar 1965 u mill-Patrijiet Karmelitani tal-Provincja Maltija li jigi nnominat wiehed minnhom bhala kappillan tal-parrocca.
Tajjeb li wiehed jghid li din kienet l-ewwel parrocca f`Malta li saret wara c-celebrazzjoni tal-Koncilju Vatikan II.
Bhala l-ewwel kappillan inhatar Patri Timotju Azzopardi minn Hal-Luqa. Il-Kappillan ha l-pussess tal-parrocca nhar it-18 ta`April 1965 mill-Arcisqof Mikiel Gonzi fejn wiehed li jkun ubbidjenti lejh u lejn is-successuri tieghu, u li jkun fidil lejn it-taghlim tal-Knisja.


Patri Timotju mill-ewwel medd ghonqu ghax-xoghol u beda jzur il-familji tal-parrocca. Il-parrokat tieghu kien twil mhux hazin ghaliex huwa spicca fl-1979. Fi zmien il-parrokat ta` Patri Timotju insibu li l-Arcisqof Gonzi f`Jannar ta`l-1968 ghamel il-Vizta Pastorali tieghu kif titlob il-ligi tal-Knisja. Waqt din iz-zjara fil-parrocca l-Arcisqof Gonzi bierek librerija gdida u ltaqa` ma` l-ghaqdiet kollha tal-parrocca kif ukoll mal-Kumitat tal-Festi Esterni u mal-Kumitat Civiku.
Kien fi tmiem is-sena 1972 meta fil-Fgura gie grupp sorijiet tas-Sacred Heart biex iwaqqfu kunvent fi Triq il-Liedna. Patri Timotju ghenhom hafna biex dawn stabbillew ruhhom f`dan ir-rahal.
Barra l-hidma pastorali, Patri Timotju haseb biex tibda tinbena knisja gdida u isbah. Ghalhekk ma` hutu l-patrijiet, fl-1973 iddecieda li jidhol ghal din il-bicca xoghol iebsa. Ghalhekk saru diversi pjanti fosthom dik ta` Vincent Giuliano u dik ta` Guze` D`Amato. Inqalghet il-problema tad-demarkazzjoni ta` l-art. L-ewwel diffikulta` kienet dwar dik il-bicca art li taghti ghal Triq Hompesch li kienet ftit dejqa u mhux bizzejjed biex ikollok faccata ta` knisja li tkun xierqa. It-tieni diffikulta` inqalghet ghax mal-kuntratt ma kienx hemm mehmuza l-pjanta ta` l-art. Izda wara li gew iccarati certi problemi, fi Frar 1973 sar ftehim legali bil-miktub dwar l-ghoti ta` l-art. Dan l-att legali sar quddiem in-Nutar Joseph Sciberras u ffirmat minn Marjanna Camilleri, u minn huha Guzeppi Tanti. Ghan-naha tal-patrijiet iffirma l-Kappillan Patri Timotju Azzopardi li dak iz-zmien kien ukoll pirjol tal-komunita` Karmelitana. Ix-xiehda kienu Carmelo Parascandalo u l-Perit Victor Muscat Inglott.
Wara diversi pariri u stharrig kien jonqos li jintaghzel l-arkitett. Ghalhekk f`Mejju 1974 il-komunita` ghazlet lill -Perit Godfrey Azzopardi biex ikun l-arkitett ta` dan il-progett hekk kbir u modern.


Fit-2 ta` Jannar 1976 il-Kumpannija Cemenstone tat bidu ghall-knisja l-gdida li mbaghad twettaq f`Novembru 1980. Sadanittant fl1979 Patri Timotju spicca minn kappillan u floku nhatar Patri Leonard Mahoney mill-Isla. Dan, malli sar kappillan hadem biex il-knisja tkun lesta fl-inqas zmien possibbli ghaliex in-nies ma kellhomx post fejn jisimghu l-quddies l-aktar fil-Hdud u l-Festi. Il-hidma tal-Kappillan Mahoney ftit li xejn damet fil-Fgura ghalkemm in-nies habbitu malajr, ghaliex fl-1982 gie mahtur kappillan tal-Parrocca tal-Balluta.


Tajjeb li wiehed jghid li fi zmien il-parrokat ta` Patri Leonard Mahoney sar kuntratt ghax-xoghol taz-zebgha tas-saqaf mill-kumpannija Cemenstone, kif ukoll kien miftiehem biex issir il-kalamita mill-kumpannija `Telecom Systems Ltd


Wara Patri Leonard Mahoney sar kappillan Patri Guido Micallef u dan ukoll hadem kemm felah biex il-Knisja tkun lesta. Fl-ahhar tas-sena 1981, il-Perit Godfrey Azzopardi kien gharraf lill-patrijiet li l-Perit Edward Micallef kien sejjer ikun responsabbli mid-disinji tal-kumplament tal-pjanta tal-Knisja. Ix-xoghol kollu tmexxa taht id-direzzjoni tal-Perit Louis Busuttil. F`Íunju 1982 il-komunita` iddecidiet li l-pedament tal-knisja jigi utilizzat ghal skop pastorali minflok ma jigi mirdum. Iktar tard, f`Novembru 1983 beda x-xoghol tat-thaffir tal-basement mid-ditta Carmelo Micallef Contractors ta` St.Andrews bid-direttur taghha Richard Micallef.
Dan ix-xoghol tlesta f`Novembru 1985 wara li saru t-twieqi ta` l-aluminium u l-bieb ta` barra. F`Dicembru 1985 il-basement kien inawgurat u mbierek mill-Provincjal P. Leonard Mahoney.


Sadanittant ix-xoghol fil-Knisja baqa` sejjer u f`Jannar 1986 saret l-entratura tal-Knisja minn Triq Hompesch. Issa kien fadal id-disinn tal-hadid dekorattiv minghand id-Ditta SGGS Bristol ta` l-Ingilterra u dan gie mqieghed u maqtugh minn Saviour Vella u ibnu Charles. Aktar tard id-ditta Carmelo Micallef Contractors Ltd hasbet biex tkahhal u tizbogh il-knisja minn gewwa mis-saqaf `l isfel. Il-knisja hija gholja hamsin pied, filwaqt li l-wesghat tal-gnub huma 97 u 98 pied. Il-knisja barra li ghandha bieb fi Triq Hompesch ghandha iehor f`Wesgha Reggie Miller.

Il-pjanta tal-Knisja hija unika f`Malta u fiha bicca xoghol ta` inginerija civili. Is-saqaf tal-knisja qieghed iserrah fuq erba` ponot, filwaqt li f`kull faccata naraw hgieg imzewwaq b`hafna kuluri li jibdew minn taht b`kuluri fuq l-ahmar u jinbidlu bil-mod il-mod, isfar, kannella, ahdar, vjola sakemm fuqnett insibu l-kulur celesti.

Sala Parrokkjali

Dan ir-rahal ghandu wkoll is-sala parrokjali tieghu fejn isiru l-attivitajiet kolha tal-parrocca u fejn jiltaqghu l-ghaqdiet. Din ma tistax tkun f`post ahjar milli hi. Taht il-knisja. Dan il-post kien gie mnaddaf u rrangat sewwa, u wara tliet snin ta` hidma u sagrificcju minn x`uhud, fosthom il-Kappillan Patri Guido Micallef, fil- 11 ta` Dicembru, 1985, il-Provincjal tal-Karmelitani, Patri Leonard Mahoney, bierek u fetah is-sala.

Fis-sala ewlenija hemm bust tal-mejjet Ex-Provincjal Patri Manwel Gatt, li f`isem il-Provincja Karmelitana offra somma konsiderevoli biex seta` jitkompla x-xoghol tas-saqaf tal-knisja l-gdida.




Il-Festa Gol-Fgura
Il-Madonna tal-Karmnu

In-Nicca tal-Madonna tal-Karmnu fil-kantuniera bejn Triq il-Karmnu u Triq Hompesch
In-Nicca tal-Madonna tal-Karmnu fil-kantuniera bejn Triq il-Karmnu u Triq Hompesch

Meta l-patrijiet Karmelitani gew il-Fgura ma kellhomx permess biex jaghmlu l-purcissjoni bil-Madonna tal-Karmnu billi l-Fgura kienet ghadha mhix parrocca. Fl-1959 gie moghti l-permess biex ta' kull sena jsir pellegrinagg fl-ahhar Erbgha ta' l-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Aktar tard fl-1960 Antonio Cumbo hallas minn butu ghall-istatwa sabiha li ghandna llum. Din l-istatwa hija ta' l-injam u nzebghet minn Bolzano l-Italja. Ghal din l-istess statwa fl-istess sena kienet inhadmet il-bradella semplici li kienet giet dekorata minn Patri Karm Ferrante. Izda fl-1992 saret bradella ohra, xoghol ta' Joseph Gauci, President tal-Kazin tal-Banda fuq disinn ta' Philip Spiteri membru ta' l-istess Socjeta`. Illum il-gurnata l-festa ssir fit-tieni Hadd ta` Lulju. Il-festa f`dawn l-ahhar snin qeghda kull ma tmur dejjem tikber bin-nies tiehu sehem fic-celebrazzjonijiet li jsiru.

Jum il-Fgura

Avveniment li `issa sar annwali huwa Jum il-Fgura, li gie kostitwit mill-Kunsill Lokali.
Ix-Xahar ta` Ottubru gie maghzul sabiex fih f`diversi granet mqassam matul ix-xahar issiru attivitajiet varji kulturali li l-ghan principali taghhom huwa li jigu pprezentati diversi wirjiet ta` arti fil-forom diversi taghhom sabiex ir-residenti tal-Fgura igawdu mir-rikkezza kulturali li jgawdi pajjizna, pero b`mod aktar dirett jitpaxxa bit-talent lokali li jinstab fostna ghand id-diversi residenti tal-Fgura


Barra wirjiet ta` arti, pittura, kompetizzjonijiet sportivi ecc., Il-Kuncert Klassiku li jinzamm ghall-ahhar ta` Ottubru, b`partecipazzjoni qawwija ta` diversi muzicisti w artisti celebri mix-xeni lokali Maltija sar wiehed mill-aktar avvenimenti mfittxija fl-inhawi. Mhux ghax issir minghajr hlas izda ghax huwa ta` l-aqwa livell nazzjonali. Ghalih jattendu ma' l-elf persuna.


L-Eghluq ta` dan ix-xahar attivitajiet mniedja bil-ghan li r-residenti issiru jhossu lilhom infushom aktar bhala komunita tkun il-quddiesa soleni gewwa il-Knisja Parrokjali u wara c-Ceremonja ta' tlugh il-bandiera tal-Fgura f'Wesgha Reggie Miller. Jum il-Fgura innifsu huwa l-ahhar Ghadd tax-xahar.

Il-Fgura llum

Wara nofsinnhar fis-sajf fi Triq Hompesch
Wara nofsinnhar fis-sajf fi Triq Hompesch

Filwaqt li sa ftit tas-snin ilu, fil-Fgura kien hawn hafna spazju ghall-bini, illum kwazi ma` baqa mkien fejn jinbena.
Il-Fgura hadet xejra ta` belt moderna mimliha djar sbieh u lussuzi b`toroq wesghin u mzejna bis-sigar. Minn xi ghoxrin familja, illum insibu popolazzjoni ta` kwazi 11,050 ruh li bosta minnhom huma zghazagh u tfal.

Veduta mill-Ajru tal-Fgura (Thares lejn it-Tramuntana)
Veduta mill-Ajru tal-Fgura (Thares lejn it-Tramuntana)

Illum il-Fgura m`ghadikx issib rahhala u bdiewa biss,izda barra l-ghadd kbir ta` haddiema tas-sengha, hemm nomru sostanzjali ta` professjonisti,fosthom tobba, avukati, periti, accountants ecc.
Fit-triq principali wiehed isib kull xorta ta` hwienet sbieh ta` kull ghamla u xorta, bank u sub-post office kif ukoll il-bieb principali tal-Knisja Parokkjali. Fit-toroq tal-gnub wiehed isib kwantita kbira ta' hwienet li aktar ma jghaddi zmien aktar qed jizdiedu. Il-progress wasal ukoll fil-Fgura.


Ftakar li l-Fgura tista tinzamm Nadifa bl-Ghajnuna tieghek ukoll!


Niehdu gost nircievu l-kummenti tieghek, jekk trid tibghat email dawn huma l-indirizzi taghna:
sabra@keyworld.net

Back to Main Page