Loghob Ghal Kulhadd

Bil-mod il-mod ir-rahal taghna sar belt u qed isib postu u jistabbilixxi ruhu sew fil-mappa ta' pajjizna. Sa ftit ilu kont tistaqsi ghall-Fgura u jghidulek biss li tinsab ximkien bejn Rahal il-Gdid u Haz-Zabbar. Illum, bil-hidma bla heda ta' nies li jhobbu il-belt taghna, il-Fgura qed tinghata l-importanza li jixirqilha. Certi attivitajiet li qed isiru fil-belt taghna, u min-nies li jirrapprezentawna lkoll, qeghdin ikattru din l-importanza. Ezempju sabih u recenti hu l-wasla tat-Tim li rraprezenta lill-Fgura sal-Finali tal-Loghob ghal Kulhadd li sar f'Budapest, fl-Ungerija. Fis-sessjoni ta' 1995 li hadna sehem fiha ta' din il-Loghob rnexxilna nikklassifikaw fit-Tielet post. Dan kien l-oghla post li akkwista Tim Malti f'dawn il-Loghbiet kemm ilhom jiehdu sehem timijiet Maltin. Minn dawn il-kolonni nifirhulhom tas-success li gabu lill-belt taghna.




Gnien REGGIE MILLER

Kuncert fl-apert f'Wesgha Reggie Miller
Kuncert fl-apert f'Wesgha Reggie Miller

Il-Fgura ghandha ukoll il-gonna pubblici taghna. Wiehed minnhom huwa Gnien Reggie Miller li jinsab wara l-knisja parrokjali. Il-gnien gie inawgurat fit-28 ta' Marzu 1976 mis-sur Lorry Sant dak iz-zmien Ministru tal-Gvern Laburista u residenti ukoll gewwa l-Fgura.


Il-Gnien huma msemmi ghas-sur Reggie Miller, trade unionista u fundatur tal-General Workers' Union sal-llum l-akbar Union f'Malta. Meta inbena dan il-gnien ix-xejra kienet li f'inhawi reidenzjali ssiru gonna ahjar flokk spazju kbir mohli.
Originalment ic-centru fokali tal-gnien kien vaska bl-ilma mimlija bil-hut ta' l-ilma helu. Din kienet imdawra b'cirku ta' caghak kbir - innovazzjoni gdida, li ma tantx damet minhabba li l-gnien huwa mdawwar b'hafna familji bi tfal zghar. Il-gnien kien imzewwaq b'gebel tal-franka. Waqt li l-balavostri kienu kwadri flok tondi, il-passagji u l-paviment kienu kollha cangaturi tal-qawwi. Ix-xoghol tal-gebel kien dak maghruf bhala tal-gidri. Kollox kien ippjanat b'mod li estetikament jaqbel mal madwar.


Originarjament il-gnien kien fih ukoll hafna bankijiet u sigar tip Casuarinas li meta kibru bizzejjed bdew jaghtu d-dell tant importanti fil-gonna Maltin.
Fih kien hemm ukoll arlogg tax-xemx, xoghol is-sur Paul Ignatius Micallef, resident tal-Fgura, kittieb u matematiku famuz u ex-Kunsillier tal-Lokal


Sfortunatament dan l-ahhar zmien kien abbandunat ghal kollox u kien qed isservi biex fil-ghaxijiet jingabru fih persuni li l-prezenza taghhom xejn ma' kienet mixtieqa.


Ghalhekk il-Kunsill Lokali tal-Fgura alloka somma mhux hazin u bidel dan il-Gnien f'wiehed modern. Il-Kunsill ga haseb li jattrezzah ahjar u se jintuza ukoll bhala pjazza tar-rahal li sfortunatament ma' kinetx tezisti gewwa il-Fgura.


Gnien Reggie Miller se jerga jiehu l-hajja li jisthoqlu u issr c-centru ta' l-attivitajiet kulturali gewwa l-Fgura. Kif inhu issa gie id-disinjat mis-sur Saviour Camilleri li huwa l-Vici-Sindku tal-lokal.

Thhawil ta' Sigar

Fl-4 ta' Frar li ghadda l-Ghaqda Kulturali u ta' Hbiberija bejn Malta u l-Izrael (li tinsab gewwa l-Fgura) flimkien mal' Kommunita zghira Lhudija ta' Malta hawlu numru konsiderevoli ta' sigar tal-Palm kif ukoll ta' xorta ohra f'dan il-gnien u f'postijiet ohra gol-Fgura. Bhala rikonoxximent il-Kunsill Lokali semma parti minn dan il-gnien "Mixtla Kommunita Lhudija"





Pjazza GORG STEVENS

Nhar is-sibt, 6 ta' Settembru, 1986,L-Onor. Lorry Sant Ministru fil-Gvern Laburista ta' dak iz-zmien, kixef monument li sar fuq l-inizzjattiva ta' L-Ghaqda Letterarja Maltija. Dan il-monument ifakkar lill-kittieb Malti Gorg Stevens, ko-fundatur ta' L-Ghaqda Letterarja Maltija. Il-monument tqieghed fil-pjazza ga 'msemmija ghall-istess Gorg Stevens. Il-monument sar mill-iskultur Alfred Camilleri Cauchi u gie 'mbierek mill-ex-Kappillan tal-Fgura Patri Gwido Mikallef O.C.D. Fl-1996 hemm il-hsieb li dan il-post jigi mtejjeb mill-Kunsill Lokali.

Gnien Wara l-Iskola

Wiehed mill-ewwel xoghlijiet li beda l-Kunsill Lokali fil-Fgura kien gnien wara l-iskola ezattament fi Triq is-Sur
Dan il-gnien huwa ntiz sabiex il-genituri jkollhom post dicenti fejn jistennew lil uliedhom hergin mill-iskola.
Sfurtunatament minhabba burokrazija tal-Gvern ix-xoghol waqa lura hafna minhabba bini ta' cajt li jdawwar l-iskola li huwa fi stat perikoluz li gustament il-Kunsill insista ghandu jigi rrangat. Nawguraw li meta jitlesta dan il-gnien jigi attrezzat u mizmum kif ghandu jkun.



Kuncert Annwali ta` l-Alljevi

Avveniment annwali li jsir ghall-habta` tal-bidu ta` Jannar hu l-Kuncert Annwali ta` l-Alljevi ta` patri Mario Enriquez, O. Carm., u ta` hafna Ghalliema ohrajn tal-Muzika (gewwa il-Fgura). Fl-ewwel serata li ssir idoqqu iz-zghar waqt li fit-tieni idoqqu l-kbar. Ix-Xoghlijiet li jigu esegwiti huma ta` l-akbar Kompozituri, u l-parti l-kbira ta` l-ezekuzzjonijiet ikunu tajbin hafna. Ghal dawn is-serat jattendu bi hgarhom mijiet ta` nies mill-Fgura, bejn genituri u familjari w anki delettanti tal-muzika klassika.



Back to Main Page