Il-Kazini Pulitici U l-Ghaqdiet Socjali

Bhal kull lokal iehor gewwa l-Fgura hawn ukoll il-Kazini pulitici u ghaqdiet ohra. Fl-20 ta' Ottubru 1963 inzammet l-ewwel laqgha ghall-membri Laburisti tal-Fgura. Ftit wara inkera post fi Triq Hompesch biex iservi ta' Centru Laburista. Dan il post issemma ghal ex-Prim Ministru l-Perit Dom Mintoff li dak iz-zmien kien ukoll Kap tal-Partit Laburista.

Minn naha l-ohra fis-6 ta' April 1974 twaqqaf ukoll Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista li fl-1976 kien jiltaqa f'post fi Triq San Tumas. Aktar tard fl-1991 kien inawgurat il-Kazin il-gdid fi-Triq Haz-Zabbar. Dan il-kazin issemma ghal ex-Prim Ministru Dr. Gorg Borg Olivier.

F'Settembru, 1970 twaqqaf il-Klabb tal-futbal tal-Fgura United F.C. u f'Dicembru 1985 infetah ufficjalment il-Kazin tal-Futbal gewwa Triq l-Isponsun. Fl-1985 ukoll, giet imwaqqfa l-Ghaqda Muzikali u Socjali "Madonna tal-Karmnu" fi Triq Kent. Dan il-kazin f'Dicembru tal-1991 fetah il-Kazin il-gdid li tbierek mill-Kappillan Patri Amadeo Zammit, gewwa Triq Hompesch. Gewwa l-Fgura hawn ukoll l-Klabb tal-Hamiem, il-Boy Scouts, il-Girl Guides u hafna ohrajn.




Knisja Parrokjali u Kunvent

Il-Knisja l-Antika u l-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani, fi Triq Il-Karmelitani
Il-Knisja l-Antika u l-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani, fi Triq Il-Karmelitani

Il-Kommunita' tal-Patrijiet Karmelitani marru fil-Fgura fl-14 ta' Dicembru, 1945. Ma kellhomx la kunvent u lanqas knisja. Ghalhekk krew dar fi triq San Xmun biex tintuza bhala kunvent. Bhala knisja talbu li juzaw il-kappella dedikata lill Madonna tal-Karmnu, maghrufa bhala tal-Fgura li llum hija mwaqqfa mill- gdid mill-imghallem Indri Vassallo u giet imbierka solennament fit-13 ta' Dicembru,1854, minn Mons. Vigarju Generali Dr. Dun Vincenz Chappelle, meqjun minn bosta qassisin. Din il-knisja, li kellha artal wiehed, fil-gwerra li ghaddiet garrbet xi hsarat, u wara li giet irrangata fl-1956 garrfuha biex taghmel wisgha lill triq li kienet tghaddi minn go fiha.




Il-Kumitat Civiku fil-Fgura

Hekk kif il-Fgura bdiet tikber, in-nies bdew jinteressaw ruhhom hafna fir-rahal taghhom u jaraw xi bzonnijiet kienu mehtiega biex huma jkunu bhal haddiehor f'postijiet stabbiliti. Ghalhekk bl-ghajnuna ta' Patri Klement Caruana, fl-20 ta' Novembru, 1962 tnax-il-persuna ffurmaw l-ewwel Kunsill Civiku. Bis-sur Carmelo Attard li dak iz-zmien kien surmast ta' l-iskola bhala president u s-sur George Lewis ghalliem fi skola sekondarja, bhala segretarju. Mill- 1962 sal-1966 il-Kunsill Civiku hadem bis- shih ghall-gid tal-Fgura, pero` ftit kienu dawk in-nies li kienu jafu sew x`qed jaghmel dal-Kumitat u ghalhekk biex izomm kuntatt mal-poplu fuq hwejjeg ta` importanza ghall-lokal hass il-bzonn li kellu johrog rivista. Dan sar ukoll biex l-istess pubbliku kien seta` jghin lill-kumitat permezz ta` ittri, proposti, suggerimenti, ilmenti u hwejjeg ohra. Din ir-rivista kienet iggib l-isem li ghadha ggib sal-lum, "Lehen il-Fgura". Ghall-ewwel kienet tohrog kull xahrejn. L-ewwel harga taghha kienet f`Jannar - Frar 1967. Barra dawn il-hwejjeg li semmejna, dir-rivista kienet tigbor fiha bosta pagni varjati inkluzi dik tan-nisa u dik tat-tfal kif ukoll bosta artikoli interessanti skond ic-cirkostanzi.
"Lehen Il-Fgura " ghadha tohrog sal-lum mill-Kunsill Parrokjali.




Skola Primarja

It-tfal tal-Fgura jitghallmu l-Kumpjuter
It-tfal tal-Fgura jitghallmu l-Kumpjuter

Adulti jitghallmu fil-Commmunity Empowerment Centre tal-Kunsill
Adulti jitghallmu fil-Commmunity Empowerment Centre tal-Kunsill

Jinghad li l-ewwel skola li nfethet fil-Fgura kienet fil-15 ta' Settembru 1944. L-iskola giet ikkonsagrata lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesu`. Kien hemm 95 tifel u tifla registrati. Grazzi ghat-thabrik ta' Dun Guzepp Zerafa li barra li kien jiehu hsieb il-kura spiritwali tan-nies tal-lokal beda jara l-gejjieni ikrah tat-tfal ta' dik ix-xaqliba peress li kellhom boghod wisq lejn l-eqreb skola. Huwa kien ipperswada lill Raúu Cutajar biex ihalli lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni juza zewg garaxijiet kif ukoll xi kmamar li kienu propjeta' tieghu fi triq San Xmun bhala skola. Imma bla dubju din kienet skola provizorja u nieqsa minn hafna htegijiet. Erbatax-il sena minn meta infethet din l-iskola (fl-1958), il-Gvern sab bicca art tajba biex fuqha jibni skola primarja gdida fil-Fgura li toffri l-opportunita' ghall skola fil-kampanja. L-awtorita' responsabbli hadet hsieb li kemm jista' jkun ma tinqeridx il-hdura ta' madwar. Fl-1958 il-Gvern bena skola ohra arjuza u sabiha li taghmel unur lill komunita' taghna.

Il-Pjanta tal-iskola ghamilha l-perit Guzeppi Borg-Grech.
L-indirizz ta' l-iskejjel huwa Triq il-Kitba, Fgura.
In-numri tat-telefon huma:
Skola Primarja A: 691291 / 661757
Skola Primarja B: 896002



L-Arma tal-Fgura



L-istemma ufficcjali hija tarka bi sfond lewn il-fidda b`faxxa hamra orizzontali bi tliet stilel ta` hames ponot lewn id-deheb.


Back to Main Page