Kif beda Isimha?
U kif Bdiet...

Veduta mill-Ajru tal-Fgura (thares lejn il-Lvant)
Veduta mill-Ajru tal-Fgura (thares lejn il-Lvant)

Mhux dejjem ikun facli li taghti spjegazzjoni li tixtieq dwar xi haga, l-aktar meta din ix xi haga tkun qadima sewwa. Hekk gralna meta riedna naghtu tifsir mnejn gie l-isem tal-Fgura. Hawn diversi verzjonijiet ta` kif gie dan l-isem.

Fost dawn insibu l-unika tifsira li jaghti dwar il-bidu ta' l-isem tal-Fgura l-istudjuz E.B. Vella meta xebbah "IL-FGURA " ma' "Figura"... "Xbiha" Varjazzjoni ohra ta' l-istess tifsira tismaghha persistenti fost ix-xjuh tar-rahal, dik li n-nies li kienu jghaddu minn quddiem in-nicca li kienet fl-inhawi, li minflok "xbieha", kienu jsejhu dak il-kwadru tal-Madonna bhala "figura" u bla dubju minn fomm ghall-iehor daret u saret "Fgura", kif jigri bosta drabi.

Verzjoni ohra hija li l-isem inghata ghaliex l-ewwel nies li íew joghqodu hawn kienu mir-rahal zghir fil-limiti ta` San Lawrenz, Ghawdex bl-isem ta` Fgura. L-art fejn illum hawn mibnija l-Fgura kienet taghmel mal-parrocca ta' Hal Tarxien sa minn meta din saret parrocca fis-sena 1592. Fil-post imsejjah "tal-Fgura" fil-limiti ta` Hal-Tarxien, f`kantuniera ta` triq bejn Haz-Zabbar u Rahal Gdid kien hemm nicca bi kwadru jew statwa tal-Madonna tal-Karmnu li nies ta' l-inhawi kellhom devozzjoni kbira lejha. Kull minn kien jghaddi minn hemm, dak iz-zmien l-aktar bdiewa, kien jieqaf, isellem u jitlob lill Madonna. Din in-nicca kienet qadima hafna u l-bidu taghha mhux maghruf sewwa.

Permezz ta' dokumenti antiki nafu li certu Clemente Busuttil ghamel petizzjoni lil Gran Mastru De Rohan fit-28 ta' Lulju 1788, biex madwar in-nicca jkun jista jibni kappella zghira li tiehu bicca art mit-triq pubblika. L-æada stess il-Gran Mastru ta' l-kunsens tieghu. Sa sentejn wara fl-1790 din il-Kappella kienet diía mibnija. Fit-12 ta' Lulju, 1810 inghata il-permess biex jibda jsir il-quddies. Xi snin wara fl-1842 inxtrat bicca art hdejn il-kappella minn Dun Salv. Busuttil, neputi ta' Klement Busuttil sabiex jibni sagristija ma genb il-kappella. Pero, wara haseb li jwaqqa' l-Kappella l-qadima u jibni `ohra gdida u akbar. Xtara bicca art ohra li kienet parti mit-triq, propjeta' tal-Gvern. Fejn illum hemm ir-'roundabout' tal-Monument li tigi f'nofs triq Hompesch bejn triq il-Karmnu u triq Bormla.

Il-Mithna antika ta' Triq id-Dejma
Il-Mithna antika ta' Triq id-Dejma




Popolazzjoni


Jidher li fil-Fgura kienu jghixu n-nies anke fil-qadim imbejjed tant li mit-28 ta' Ottubru sal - 21 ta' Dicembru, 1948, fit-triq tal-Liedna li dak iz-zmien kienet taghmel mar-Rahal Gdid instabu sitt oqbra antiki.

Dawn l-oqbra kienu f'qatgha rregulari f'art ta' madwar 722 jarda kwadra (604 metri kwadri). L-Oqbra maghrufa bhala tal-'Liedna Tombs' u jigu x'imkien fejn illum hemm ir-'Roc-a-Go-Garage'. F'dawn l-oqbra nstabu bosta skeletri umani u fdal ta' annimali, fuhhar bhal Amphori, Urni, platti, dixxijiet, imsiebah, bwieqi, tazzi, ungwentarji, u xi brazzuletti tal-bronz kif ukoll xi snien ta` l-annimali. Huwa nteressanti hafna buqar imsejjah `Liedna Jug` li l-forma anella tieghu u d-dekorazzjoni li fih, barra li mhix normali juri c-ceramika fl-ahjar taghha. Interessanti ukoll hija bicca ceramika sewdanija msejha `Lecithos` ta` origini Griega importata mill-Italja t`isfel. Din bejn id-dekorazzjoni li fiha u bejn bl-origini taghha tghin hafna fid-data ta` dawn il-hwejjeg. Dawn kienu oqbra tat-tielet jew ir-raba' seklu Qabel Kristu.

Fil-bidu tas-seklu il-post kien oqtol u idfen, u ghalkemm parrokjalment kien ghadu jaghmel ma' Hal-Tarxien, in-nies li kienu jghixu fl-inhawi kienet aktarx mitfuha lejn ix-xaqlieba li taghti ghal Bormla, billi tefgha ta' gebla kont malajr taqbad il-Mina ta' San Tumas u dlonk ghas-suq (ta' Bormla) li f'dak iz-zmien kien fl-aqwa tieghu.

Fil-fatt fil-bidu ta' dan is-seklu, il-Fgura kienet tikkonsisti fi ftit irziezet mxerrda lejn in-naha tal-Knisja l-gdida, lejn in-naha ta' l-iskola, u lejn triq San Tumas. Kien hemm ukoll xi razzett iehor u óaddçd fit-triq li tiehu ghal Bormla. B'kollox kien hemm madwar 20 familja. Dejjem skond nies anzjani, l-abbitanti tal-inhawi "tal-Fgura" kienu pjuttost nies superstizzjuzi, jemmnu fil-hares, kienu jrabbu l-bhejjem u jahdmu r-raba'. Pero' kienu jghixu bhal ahwa, jghinu lil xulxin.

Biz-zmien kollox jitbiddel. Fit-tieni gwerra dinjija, hafna nies mill-Kottonera kienu telqu mill-ibliet ta' hemm minhabba l-biza' tal-bombi li heddewhom bl-ahrax. Numru kbir minn dawn marru lejn l-eqreb art lejhom, il-Fgura biex hekk la jkunu tbeghdu mill-ambjent li trabbew fih u lanqas ihallu djarhom wehedhom ghall-hniena ta' minn joghgbu jidhol f'kaz ta' disgrazzja, li dak iz-zmien li ssib darek miftuha berah u kollox imfarrak kienet haga komuni. Bla dubju hafna minn dawn in-nies tefghu l-ankri lejn il-Fgura, u forsi l-aktar dawk li tweldulhom it-tfal hawnhekk. Minn post ckejken li ghadu kemm nibet wiehed ma jistax ma' jistaghgibx kemm il-Fgura kiber u tghammar bin-nies malajr.

Fl-1939 il-popolazzjoni kienet ghada biss xi 500 ruh. Fl-1947 il popolazzjoni saret 'l fuq minn 800 ruh. Waqt li fl-1981 insibu li kien hawn jghixu 5,234 ruh. Ghadd sabih tassew meta tqis li dan mhux xi lok centrali. Imma meta jkun qed jitghammar bil-familji zghazagh, kif jigri kwazi dejjem meta tigi zvilluppata xi art gdida, dan jimxi 'l quddiem u jikber malajr. Meta l-Fgura twaqqfet parrocca fl-1965 kellha 2,500 ruh, fl-1986 kien hawn 8,344 ruh w illum 1996 hawn 11,050 persuna.

Gewwa l-Fgura jezistu membri ta' religjonijiet differenti ukoll, barra dawk li hafna minna semghu bihom bhal Jehovah Witnessess, hawn ukoll xi familji Lhud, Musulmani, Baha'i, Hindu, Buddisti, Mormoni, Griegi Ortodossi u Grigi Kattolici fost ohrajn. Insiebu ukoll numru zghir ta' refugjati. Dawn kollha jintagraw sew mal-bqija tar-residenti li fil-maggoranza taghhom huma kattolici.

J'Alla qatt ma jkun hawn inkwiet jew diskriminazzjoni fuq bazi ta' razza, religjon jew ta' sess fi hdan din il-belt taghna.


Back to Main Page